Aġġornata: Imut wara li jaqa’ tliet sulari

Żagħżugħ Sirjan ta' 18-il sena miet wara li waqa' għoli ta' tliet sulari.
L-inċident seħħ f'sit ta' kostruzzjoni f'Triq ta' Paris f'Birkirkara għal ħabta ta' nofsinhar.
Il-vittma, residenti f'Ħal Tarxien, kien qed jaħdem fuq is-sit meta waqa'.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b'ambulanza, fejn miet ftit tal-ħin wara.
Aktar investigazzjonijiet għadhom għadejjin filwaqt li se tinfetaħ inkjesta maġisterjali.

Fi stqarrija, il-Ministeru tax-Xogħol u l-Edukazzjoni esprima d-dieqa tiegħu għal mewt tal-ħaddiem żagħżugħ li miet f'sit ta' kostruzzjoni fl-iskola Santa Tereża f'Birkirkara.