Imut wara li jaqa’ minn irdum f’Għawdex

Raġel ta' 69 sena miet wara li waqa' minn għoli fl-irdum ta' Wied il-Mielaħ, fil-limiti tal-Għarb.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3pm.
Ir-raġel li hu Żvizzeru, ittella' mill-baħar mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili.
Huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. 
Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.