Imut wara li ħadem tlett ijiem bla rqad

Student żagħżugħ Ġermaniż instab mejjet f’ċirkostanzi misterjużi waqt li kien qed jagħmel esperjenza ta’ xogħol ma’ bank. Il-pulizija fir-Renju Unit qalet li dan iż-żagħżugħ kien jaħdem sigħat twal ħafna, tant li ġieli kien jibqa’ għaddej jaħdem għal tliet t’ijiem sħaħ mingħajr irqad. Il-mewt tiegħu waslet wara seba’ ġimgħat ta’ xogħol ma’ dan l-istess bank.

L-istudent Ġermaniż kellu 21 sena u beda l-esperjenza ta’ xogħol ma’ Merrill Lynch aktar kmieni dan is-sajf, bit-tama li eventwalment ikollu karriera ma’ dan l-istess bank.  

Normalment, dawk li jagħmlu esperjenza ta’ xogħol ma’ dan il-bank jaqilgħu mat-£30,000 fis-sena. Il-kawża propja tal-mewt għadha mhix magħrufa iżda qed jintqal li dan seta’ miet b’attakk tal-qalb b’kawża tan-nuqqas t’irqad.