Imut wara jiem fil-periklu tal-mewt minħabba inċident tal-kostruzzjoni

Photo by: Mater Dei

Raġel li spiċċa fil-periklu tal-mewt minħabba inċident tal-kostruzzjoni f’Mejju li għadda f’Ħaż-Żabbar miet.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li r-raġel ta’ 32 sena miet aktar kmieni llum.

Dakinhar tal-inċident kelliem għall-Pulizija kien informa lil Newsbook.com.mt li ċediet struttura minn pompa tas-siment imqabbda ma’ krejn u ġiet fuq ir-raġel.