Imut wara ħamest ijiem jissielet mal-mewt

Il-Pulizija għadha kif ikkonfermat li r-raġel ta’ 63 sena li nhar it-Tlieta ttajjar minn karrozza f’Ħal-Għaqax, miet. 

L-inċident kien seħħ għall-ħabta tas-6am, fi Triq Dawret Ħal Għaxaq. Ir-raġel, ta’ 63 sena residenti Marsascala, kien qiegħed jaqsam it-triq meta laqtitu vettura misjuqa minn raġel ta’ 64 sena mill-Gudja.

Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet ir-raġel l-Isptar Mater Dei. Huwa kien ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji, u għal ħin twil kien fil-periklu tal-mewt. Din it-taqbida tilifha l-Ħadd filgħodu