​Imut waqt li kien qed iqaddes f’Għawdex

Dun Ġwann Attard mix-Xewkija miet illum fl-età ta' 80 sena, waqt li kien qiegħed jiċċelebra Quddiesa fir-Rotunda tax-Xewkija stess.
Il-funeral tiegħu se jsir nhar it-Tnejn 2 ta’ April.  Fis-2pm, il-ġisem tiegħu se jkun espost fil-Mużew tal-Iskultura għall-qima u t-talb. Fit-3pm jibda l-korteo funebri lejn il-Knisja Rotunda fejn ikun hemm it-talb tas-Salmi.
Fit-3.30pm tibda l-quddiesa tal-funeral immexxija mill-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech.
Dun Ġwann ġie ordnat saċerdot fis-7 ta' April 1962.