Imut veteran tax-xandir Charles Abela Mizzi

Tħabbret il-mewt tax-xandar veteran Charles Abela Mizzi iktar kmieni llum, li miet fl-età ta’ 81 sena.
Imwieled il-Belt Valletta, Abela Mizzi beda jaħdem fix-xandir fl-1962, bit-ton tal-leħen tiegħu jibqa’ mfakkar ma’ semmiegħa tar-radju.
Ħadem ukoll max-xandir nazzjonali bħala xandar, kap ta’ programme u lejn l-aħħar ta’ ħajtu fid-dipartiment tal-arkivji.
Fost il-produzzjonijiet li mexxa kien hemm Wiċċ l-Anġli tas-Sema, Sant’Anġlu Tella’ l-Bandiera fost il-qari tar-rumanzi u bijografiji li kien jaqra fuq ir-radju. 
Il-partiti politiċi sellmu l-memorja tax-xandar.