Imut Tony Dunne, l-eks plejer tal-Man Utd

Tħabbret il-mewt ta’ Tony Dunne, meqjus bħala wieħed mill-aqwa difensuri li t-tim tal-Manchester United qatt kellu. Hu miet fl-età ta’ 78 sena.

Dunne kien parti mit-tim li rebaħ il-European Cup tal-1968 bi skor ta’ 4-1 f’partita li keinet intlagħbet fl-istadium ta’ Wembley. Kien ukoll parti mit-tim li fl-1965 u l-1967 rebħu l-FA Cup.

L-Irlandiż kien ingħaqad mal-United meta kellu 18-il sena u lagħab 535 partita għall-klabb.

Il-klabb tal-Manchester sellem il-memorja tiegħu permezz ta’ Twitter

Ritratt: Twitter/ManchesterUnited

Fl-1973 Dunne ngħaqad ma’ Bolton Wanderers u magħhom lagħba 300 logħob u fl-1979 mar jilgħab ma’ Detroit Express fl-Istati Uniti, fejn hemmhekk temm il-karriera tiegħu.