Aġġornata: Imut Tony Camilleri, il-Bayzo

Tħabbret il-mewt tal-kantant Tony Camilleri, magħruf aktar bħala l-Bajżu.
Huwa stabilixxa ruħu fix-xena mużikali fis-snin sittin, meta kien kitarrist mal-grupp tal-pop Malti The Malta Bums.
Madanakollu oħrajn jafuh l-aktar fir-Rock Opera Ġensna.
Fl-2015 huwa kien ta' sehem ukoll fil-kumpilazzjoni tas-CD Ħelu Bambin għad-Dar tal-Providenza.
Imwieled fit-3 t’April tal-1947 minn San Pawl il-Baħar, il-Bajżu miet fl-età ta’ 70 sena.
“Telfa kbira għax-xena mużikali Maltija” – PL
Il-Partit Laburista qies il-mewt tal-Bajżu bħala telfa kbira għax-xena mużikali Maltija minħabba li għal snin twal, Camilleri kien magħruf bħala wieħed mill-personaġġi ewlenin fil-qasam mużikali Malti.
Filwaqt li l-PL fakkar fil-prestazzjonijiet internazzjonali tiegħu fejn ippromwova l-mużika Maltija, irrefera b’mod speċjali għall-interpretazzjoni tal-Bajżu fir-Rock Opera, Ġensna.