Imut Tony Benn – pilastru tal-politika Ingliża

L-eks ministru Ingliż Tony Benn miet fl-età ta’ 88 sena fid-dar tiegħu.
Benn laħaq Membru Parlamentari f’Novembru tal-1950 u serva fil-kabinett taħt Harold Wilson u James Callaghan.
Kien politiku xellugi li tilef bi ftit voti l-elezzjoni ta’ deputat kap tal-Partit Laburista Ingliż fl-1981.
Benn huwa kelliem pubbliku popolari li tkellem kontra l-gwerra.