Imut Tonio Casapinta fl-età ta’ 68 sena

Miet l-intraprenditur, il-konslu onorarju u l-viċi-charmain tal-Kamra tal-Kummerċ, Tonio Casapinta, fl-età ta’ 68 sena.
Tul il-karriera tiegħu, hu okkupa diversi karigi f’oqsma differenti, fosthom fil-Korporazzjoni Maltija tat-Trade Fairs, fis-Soċjetà Maltija għall-Arti, Manifattura u Kummeċ u l-Kamra tal-Kummerċ Libjana u Maltija.
Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista sellem il-memorja ta’ Tonio Casapinta u sostna li Casapinta għamel ħafna għal Malta fid-diversi karigi li kellu matul is-snin. Wassal ukoll il-kondoljanzi lill-familja Casapinta f’dan il-mument diffiċli.