Read in English.
Dalgħodu miet tifel ta’ seba’ snin wara li ttajjar f’barriera fl-Imqabba.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fl-inħawi Ta’ Kandja. Fis-7.05am, gaffa li kienet wieqfa f’niżla mxiet lura waħedha u laqtet lit-tifel ta’ seba’ snin. Jidher li ma kien hemm ħadd fil-gaffa dak il-ħin.
It-tifel kien qiegħed fil-barriera ma’ qarib li kien qed jagħmel xi xogħol hemm dak il-ħin.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija kif ukoll ambulanza li ċċertifikat lit-tifel mejjet fuq il-post. Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Josette Demicoli.
Marru wkoll Uffiċjali mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol.