Imut suldat Amerikan wara li ġie infettat bil-coronavirus

cnsphoto via REUTERS.

L-Asja rrappurtat mijiet ta’ każijiet ġodda tal-coronavirus illum, inkluż l-ewwel suldat tal-Istati Uniti li spiċċa infettat bil-virus. Dan hekk kif l-Istati Uniti ġiet imwissija li l-pandemija mhix waħda inevitabbli u t-tixrid tal-virus fl-Italja u fl-Iran qed jinxtered f’pajjiżi oħrajn.

Fl-Istati Uniti, iċ-Ċentri għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard qalu li r-riskju immedjat huwa wieħed baxx, is-sitwazzjoni globali qed tissuġġerixxi li hemm ċans kbir ta’ pandemija.

Il-coronavirus (COVID-2019) hemm ċans li oriġina minn suq tal-annimali selvaġġi fil-belt Ċiniża ta’ Wuhan lejn tmiem l-2019. Il-virus ta’ issa infetta 80,000 persuna u qatel aktar minn 2,700 oħra. Il-maġġoranza tagħhom fiċ-Ċina.

Sa issa, l-Istati Uniti rrappurtat 57 każ ta’ virus.