Imut Stefano D’Orazio ta’ I Pooh

Stefano D'Orazio

Tħabbret il-mewt ta’ Stefano D’Orazio tal-grupp popolari Taljan I pooh. Huwa kellu 72 sena.

D’Orazio kien parti importanti mill-istorja ta-grupp I Pooh għal kważi 40 senam bejn l-1971 u l-2009 kif ukoll bejn l-2015 u l-2016, meta mbagħad il-grupp xolja b’mod definittiv.

D’Orazio ma kienx biss id-drummer tal-grupp iżda wkoll kien jikteb il-kanzunetti. Apparti karriera mal-grupp I Pooh, D’Orazio kien ukoll awtur li wassal xogħlu f’musicals li ttellgħu fl-Italja bħal Aladdin, Pinocchio u Mamma Mia.

Fl-2017 hu żżewweġ lil Tiziana Grandoni, li magħha kien ilu f’relazzjoni għal bosta snin.

F’Marzu li għadda huwa kiteb il-kanzunetta Rinascerò rinascerai li ġiet interpretata minn Roby Facchinetti b’dedika għall-belt ta’ Bergamo waqt l-emerġenza tal-coronavirus.

Fil-kummenti tiegħu Riccardo Fogli qal li D’Orazio kien ilu ġimgħa rikoverat iżda b’turija ta’ rispett ma tkellmux fil-pubbliku.

STEFANO CI HA LASCIATO!Due ore fa… era ricoverato da una settimana e per rispetto non ne avevamo mai parlato… oggi…

Posted by Riccardo Fogli on Friday, November 6, 2020

Anki Roby Facchinetti sellem il-memorja ta’ Stefano D’Orazio.

STEFANO CI HA LASCIATO!Due ore fa… era ricoverato da una settimana e per rispetto non ne avevamo mai parlato… oggi…

Posted by Roby Facchinetti on Friday, November 6, 2020