Imut Sir Stirling Moss, wieħed mill-aqwa sewwieqa tal-Formula 1

Sterling Moss spiss kien issejjaħ bħala l-ikbar sewwieq li qatt ma jirbaħ il-kampjonat dinji tal-Formula 1. Moss, Ingliż, ikkontesta 66 Grands Prix mill-1951 sal-1961, meta saq vetturi Vanwall, Maserati u Mercedes. Baqa’ miftakar għal kemm kien joħodha kontra s-sewwieq kbir ieħor tal-karozzi, Juan Manuel Fangio. Miet illum fl-età ta’ 90 sena.

F’dawk l-10 snin ta’ karriera tiegħu Moss rebaħ 16-il rebħa li wħud minnhom jikklassifikaw fost l-aktar sforzi kbar fl-istorja tal-isport. Ir-rebħiet tiegħu fl-1961 f’Monaco u partikolarment fil-Ġermanja, jibqgħu  jinżammu bħala tlielaq klassiċi ta’ kull żmien f’dan l-isport.

Sterling Moss kien ukoll sewwieq ta’ karozzi sportivi u jiftakruh speċjalment meta rebaħ il-Mille Miglia tal-1955 fit-toroq pubbliċi għall-Mercedes b’veloċità medja ta’ qrib il-100mph. Huwa kkompeta wkoll f’rallies u f’attentati ta’ veloċità fuq l-art.

Wara ħabta kbira f’Goodwood fl-1962, Moss waqaf isuq imma żamm preżenza fil-Formula 1 bħala korrispondent tal-isport qabel ma rtira mill-ħajja pubblika f’Jannar 2018.