Imut Silvio Horta; kien ħoloq is-serje Ugly Betty

Ritratt: Getty

Ħarġet l-aħbar li Silvio Horta, il-moħħ wara s-sensiela Amerikana ta’ suċċess Ugly Betty, instab mejjet f’kamra li kera f’Miami. Għalkemm mhux uffiċjali qed jingħad li hu neħħa ħajtu b’idejh. Huwa kellu 45 sena.

Horta mhux biss kien jikteb Ugly Betty iżda wkoll kien jipproduċi din is-sensiela li nħadmet bejn l-2006 u l-2010 u li kienet addattata mis-serje Kolombjana Yo soy Betty, la fea.

Ritratt: Instagram/AmericaFerrera

Horta kien ħadem fuq għadd ta’ proġetti oħra fosthom is-sensiela The Chronicle filwaqt li wieħed mill-proġetti riċenti tiegħu kien The Curse of the Fuentes Women.