Imut Shevardnadze, eks Ministru Russu ma’ Gorbaciov

L-eks President tal-Ġeorġja Eduard Shevardnadze miet fl-età ta’ 86 sena. Hu ħadem ukoll bħala Ministru tal-Affarijiet Barranin ma’ Mikhail Gorbaciov.
Shevardnadze kien l-aħħar Ministru għall-Affarijiet tal-Unjoni Sovjetika u jibqa’ magħruf bħala wieħed mill-protagonisti li ħadem biex tintemm il-Gwerra Bierda. 
Eduard Shevardnadze sar President tal-Ġeorġja fl-1992 u spiċċa fl-2003 meta kellu jirreżenja fi żmien ir-Rivoluzzjoni tal-Ward li fiha saru protesti kbar kontra l-elezzjonijiet parlamentari li kienu saru.
Intant il-President Russu Vladimir Putin wera d-dispjaċir tiegħu għal din it-telfa u bagħat il-kondoljanzi tiegħu lill-familja u l-poplu kollu Ġeorġjan għall-mewt ta’ Shevardnadze.