Imut sewwieq tal-mutur; 5 ijiem jissielet għal ħajtu

Mutur karozzi accident msida marina
Arkivji

Il-Pulizija aġġornaw li s-sewwieq tal-mutur li ħamest ijiem ilu kien qed jissielet għal ħajtu wara ħabta fl-Imsida, illum tilef ħajtu. 

L-inċident ġara nhar l-Erbgħa li għadda, fi Triq il-Marina fl-Imsida. Is-sewwieq kien ittieħed l-Isptar Mater Dei, fejn ilu dawn l-aħħar ħamest ijiem jissielet għal ħajtu.

Il-ħabta ġrat bejn il-mutur u żewġ karozzi oħra. Il-karozzi kienu misjuqa minn raġel ta’ 24 sena residenti n-Naxxar u minn raġel ieħor ta’ 33 sena residenti n-Naxxar ukoll.