Imut sewwieq tal-Formula 2 fl-età ta’ 22 sena

L-FIA ħabbret li s-sewwieq tal-Formula 2 Anthoine Hubert sfortunatament tilef ħajtu wara li kien involut f’ħabta waqt il-Grand Prix Belġana. Il-Franċiż li kellu 22 sena weġġa’ sew wara li l-karozza tal-Amerikan Juan Manuel Correa ħabtet f’tiegħu waqt li kien qed isuq b’veloċità ta’ madwar 274Km/h.

Skont stqarrija li ħarġet l-FIA qalet li Hubert ittieħed b’mod immedjat lejn ċentru tas-saħħa biex jingħata l-kura iżda miet fis-6:36pm.

Iż-żagħżugħ Amerikan, li għandu 20 sena sofra minn xi ġrieħi wkoll u kellu jagħmel operazzjoni minuri fl-ispina ta’ daru. It-tellieqa twaqqfet wara li seħħ l-inċident u ftit tal-ħin wara ġiet abbandunata minħabba l-gravità tal-każ.