Miet fl-età ta’ 31 sena Rubble, l-ixjeħ qattus fid-dinja. L-aħbar ħarġet uffiċjali aktar kmieni llum. L-età tiegħu meta mqabbla mas-snin tal-bnedmin ifisser li huwa kellu 150 sena.
Michele Heritage, sid il-qattus, tinsab b’qalbha maqsuma peress li hi u Rubble kienu inseparabbli sa minn mindu ingħatalha bħala rigal f’għeluq l-20 sena tagħha.
Rubble, qattus tar-razza Maine Coon, ma kienx qed ibati minn xi kundizzjoni f’saħħtu iżda ovvjament issa kien kiber ħafna. Issena l-oħra Heritage kienet ukoll organizzatlu festin biex jiċċelebraw għeluq il-31 sena tiegħu.
Fl-aħħar xhur il-qattus naqqas mill-ikel u kein qed jixrob mill-inqas.
Heritage ma ratx il-qattus tagħha mejjet. Filfatt il-qattus ħareġ bħas-soltu biex joqgħod f’post fejn kein joqgħod ta’ kuljum, iżda qatt ma rritorna lura d-dar.
“Nemmen li dakinhar ħareġ biex imut,” temmet tgħid hi.