Imut raġel ieħor bil-coronavirus; id-9 mewt

Miguela Xuereb

Read in English.

Raġel li kien pożittiv għall-coronavirus miet. Dan huwa d-disa’ mewt reġistrat f’Malta.

Fi stqarrija maħruġa tard il-Ġimgħa filgħaxija, il-Ministeru għas-Saħħa qal li ġie infurmat li raġel li kien irriżulta pożittiv għall-COVID-19 miet fl-età ta’ 68 sena.

“Ir-raġel, li kien qiegħed jingħata kura fl-Isptar Mater Dei, rriżulta pożittiv għall-COVID-19 fid-19 ta’ Mejju. Huwa kellu diversi kundizzjonijiet kroniċi. Ir-raġel miet fl-Isptar Mater Dei, ftit tal-ħin ilu,” qal il-Ministeru.

Il-Ministeru għas-Saħħa wassal messaġġ ta’ kondoljanzi lill-familja tar-raġel. Appella lin-nies biex jisma’ mill-pariri tad-Dipartiment tas-Saħħa.

“Hekk biss nistgħu nipproteġġu lill-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna,” qal il-Ministeru.

Matul il-lejl li għadda raġel ta’ 56 sena miet bil-coronavirus. Kellu wkoll kundizzjonijiet kroniċi oħra.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn