Imut raġel li ntlaqat minn karozza f’Settembru

L-inċident kien seħħ f'Bormla

Read in English.

Raġel ta’ 79 sena residenti l-Birgu miet wara li ntlaqat minn karozza f’Settembru li għadda.

L-inċident kien seħħ fl-24 ta’ Settembru fi Triq Santa Tereża f’Bormla. Ir-raġel kien qiegħed fil-periklu tal-mewt. Il-karozza li laqtitu kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 37 sena residenti l-Kalkara.

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar f’Bormla

Illum, fi stqarrija qasira, il-Pulizija qalet li r-raġel mill-Birgu tilef ħajtu. Skont it-TVM, ir-raġel miet ftit iktar minn ġimgħa wara li ttajjar.