Imut raġel li kien qed jgħum f’Għawdex

Raġel li kien qed jgħum fl-inħawi t’Għar Qawqla f’Marsalforn u talab għall-għajnuna, miet. Ir-raġel huwa ta’ nazzjonalità Ġermaniża u mhux residenti Malta.

Kelliem għall-pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.00pm il-bieraħ. Huwa spjega l-pulizija tinsab nfurmata li nies li kienu fl-inħawi raw lir-raġel ta’ 56 sena tiela’ mal-blat u jgħajjat għall-għajnuna. Hu ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija, l-isptar informa lill-Maġistrat Paul Koppini li ir-raġel miet. Il-kelliem spjega kif il-pulizija ġiet infurmata bil-każ mill-isptar.