Jintilef minn sensih fil-ħabs; imut l-isptar

Raġel Malti resident fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin instab mitluf minn sensih fiċ-ċella tiegħu. Skont stqarrija maħruġa mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi r-raġel instab ilbieraħ filgħaxija. Fiċ-ċella marru żewġ uffiċjali li tawh l-ewwel assistenza sakemm ġiet l-ambulanza.

Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei.

Ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet aktar kmieni llum. L-Aġenzija qalet li bħalissa għaddejjin investigazzjonijiet interni skont il-proċeduri stabbiliti. Dwar il-każ infetħet ukoll inkjesta maġisterjali.