Imut raġel ieħor bil-Covid-19

Nurse-Mater-Dei-Hospital
Miguela Xuereb

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li raġel ta’ 68 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.

Ir-raġel iddaħħal l-Isptar Mater Dei fil-25 ta’ Ottubru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 l-għada 26 ta’ Ottubru. Huwa baqa’ jingħata kura fl-Isptar Mater Dei fejn miet aktar kmieni llum.

Dan kien il-61 vittma tal-coronavirus li ħabbru l-awtoritajiet tas-saħħa.