Read in English.
Raġel dalgħodu miet fiż-Żona Industrijali ta’ Ħal Luqa.
Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li l-Pulizija ssejħet fuq il-post għall-ħabta tas-6.20am għaliex kien hemm raġel mitluf minn sensih mal-art.
Malli waslu l-uffiċjali tal-pulizija u tim mediku, ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet.
Il-pulizija qal ukoll li jidher li din kienet mewta naturali, iżda l-pulizija xorta waħda qegħdin jindagaw il-każ.
L-identità tal-persuna għadha mhix magħrufa, iżda jidher li r-raġel jaħdem f’dawk l-akkwati.