Priġunier żagħżugħ f’Monte Karmeli jitlef ħajtu

Read in English.

Raġel ta’ 28 sena minn Tas-Sliema miet wara li nstab mitluf minn sensih f’ċella fl-Isptar Monte Karmeli.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4pm fiċ-ċella fejn kien qed jinżamm taħt arrest fit-Taqsima Forensika tal-isptar, li taqa’ taħt il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Ir-raġel ittieħed l-isptar għall-kura, iżda tilef ħajtu ftit wara.

Infetħet inkjesta maġisterjali, fejn fost l-oħrajn se ssir awtopsja fuq il-katavru tal-vittma.