Imut Pino Daniele b’attakk tal-qalb

Miet il-kantant Pino Daniele kawża t’attakk tal-qalb matul il-lejl li għadda.
Pino Daniele iddebutta fix-xena tal-mużika Taljana fl-1977 bl-album Terra mia li kien album ta' suċċess b'mużika tradizzjonali Naplitana.

Jibqa' mfakkar bil-kelma 'taramblu' indikazzjoni ta' mużika fuq stil folk, blues u rumba.
Il-kantant Taljan kien se jagħlaq 60 sena fid-19 ta’ Marzu, bl-aħbar ta’ mewtu kienet ikkonfermata mill-manager tiegħu Ferdinando Salzano filwaqt li bintu Sara qalet li dan hu żmien diffiċli ħafna għalihom.
Diversi messaġġi diġa bdew iduru fuq l-internet fosthom minn kollegi u ħbieb tal-kantant bħal Eros Ramazzotti u Laura Pausini.
L-aħħar dehra fil-pubbliku ta’ Pino Daniele kienet f’lejlet l-ewwel tas-sena meta kien qed jieħu sehem fi programm televiżiv fuq RaiUno.