Imut pijunier Malti tal-arti astratta

L-artist Philip Chircop miet ilbieraħ.

Huwa twieled fl-1943 u kien minn Ħaż-Żebbuġ. Chircop studja fl-Iskola tal-Arti tal-Gvern għal 10 snin meta kien student ta’ artisti bħal George Borg, Antoine Camilleri, Karmenu Mangion u Esprit Barthet. Huwa kien attenda kors f’Perugia fl-Italja fl-1972. Qatta’ 43 sena jgħallem l-arti. Xogħlu bħala artist kien ibbażat fuq espressjoniżmu astratt.

Għadd ta’ persuni wrew id-diqa tagħhom b’din l-aħbar. Id-Dipartiment tal-Arti u l-Istorja tal-Arti fl-Università esprima l-kondoljanzi tiegħu u qal li Chircop se jibqa’ mfakkar bħala wieħed mill-pijunieri tal-arti astratta f’Malta.