Il-funeral ta’ Pawlu Mizzi se jsir il-Ħamis li ġej

Il-funeral ta’ dak magħruf bħala “missier il-ktieb Malti”, Pawlu Mizzi, se jkun qed isir nhar il-Ħamis li ġej.

Dan tħabbar minn ibnu stess, Joseph Mizzi, ftit tas-sigħat wara li ħabbar il-mewt tiegħu dalgħodu. Hu ppubblika fuq Facebook ritratt ta’ idu f’idejn missieru u spjega li dik kienet l-aħħar għafsa. Qal li issa fadal biss għafsa f’qalbu.

L-aħħar għafsa. Issa baqa’ biss l-għafsa ta’ qalb.

Posted by Joseph Mizzi on Sunday, August 4, 2019

Il-funeral tiegħu se jsir fil-Katidral tal-Imdina fit-3pm. Kull min se jkun qed jattendi qed jintalab sabiex minflok jixtri fjuri, jagħti donazzjoni lid-Dar tal-Providenza. Intant il-familja rringrazzjat lill-istaff tal-Fatima Ward fir-Residenza tal-anzjani ta’ San Vinċenz De Paule talli ħadu ħsieb lil Mizzi fiż-żmien li għamel jgħix hemm.

Dawk li xi drabi ħadmu miegħu irħewlha fuq Facebook sabiex ifakkru l-memorja tiegħu u jitkellmu dwar is-suċċessi kollha li għamel, speċjalment fil-qasam tal-letteratura Maltija. Huwa magħruf bħala l-moħħ wara Klabb Kotba Maltin u ppubblika bosta kotba magħrufa fosthom Il-Gaġġa ta’ Frans Sammut li kien inkiteb lura fis-sittinijiet.

Il-Professur Gorġ Mallia qal li meta persuna tmut, tmut ukoll parti minn dawk il-persuni kollha li b’xi mod jew ieħor kienu jafuh. Sostna li dalgħodu tilef wieħed mill-persuni li serva għalih bħala gwida u għallmu dak kollu li kellu x’jaqsam mal-ippubblikar. Qal li Pawlu kien dak li tah il-kuraġġ sabiex minkejja l-ostakli li jista’ jkun qed jaffaċċja sakemm jasal fejn jixtieq, għandu jibqa’ jissielet u jaħdem sakemm jasal.

When a great man dies, it is not just the man who dies, but a very important part of all the people whose lives he…

Posted by Ġorġ Mallia on Monday, August 5, 2019

Intant, Ivan De Battista qal li Mizzi kien dak li emmen fih bl-ewwel ktieb għat-tfal li ppubblika bl-isem Il-Fanal tas-Sinjur.

Insellem lill-memorja tal-ħabib sinċier, umli u Missier il-Ktieb Malti, Pawlu Mizzi. Kien bniedem li ħadem qatigħ…

Posted by Ivan De Battista on Monday, August 5, 2019

Fi stqarrija l-Partit Laburista sellem il-memorja ta’ Pawlu Mizzi, filwaqt li jimmarka s-sehem importanti li ta għall-iżvilupp tal-letteratura Maltija. Sostna li m’hemmx dubju li t-telfa ta’ Mizzi hija telfa għall-ktieb Malti.

Intant, il-Partit Nazzjonalista sostna li Mizzi se jibqa’ imfakkar bħala pijunier tal-ktieb Malti bil-kontribut kbir li ta lill-ilsien Malti permezz tal-kotba li ppubblika. Qal li matul il-ħajja tiegħu Mizzi għallem f’diversi skejjel, u kien ukoll direttur tal-Mediterranean Fim Studios.  Fl-1992 Pawlu Mizzi kien ingħata l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.

Kif qed ifakkruh dawk li ltaqgħu miegħu?

A man who has given so much to our society has just passed away…..RIP Sur Pawl with Joseph Mizzi

Posted by Karl Gouder on Monday, August 5, 2019

Strieh fis-Sliem sur Pawlu Mizzi u grazzi hafna tal-kontribut imprezzabbli tieghek lejn is-socjeta' Maltija ta' lbierah, ta' llum u ta' ghada. Kondoljanzi lill-familja kollha.

Posted by Alex Perici Calascione on Monday, August 5, 2019

Illum, il-ktieb Malti jinsab orfni…tilef lil missieru PAWLU MIZZIis-sabar lill-qraba

Posted by Joe Julian Farrugia on Monday, August 5, 2019

Tħabbret il-mewt ta’ Pawlu Mizzi, missier il-Klabb Kotba Maltin. L-Għaqda tal-Malti – Università ħadmet mill-qrib miegħu…

Posted by Għaqda tal-Malti on Monday, August 5, 2019