Imut Paul Matters ta’ AC/DC

Tħabbret il-mewt tal-mużiċist Paul Matters li għal perjodu ta’ żmien kien idoqq mal-grupp AC/DC. Matters kien ingħaqad mal-grupp fl-1975, proprju wara li l-grupp kien nieda l-album debutt tiegħu. Hu però tkeċċa xi żmien wara. Qabel ma daħal mal-grupp AC/DC hu kien jifforma parti mill-grupp minn Newcastle, Armageddon.

Matters irtira mill-mużika wara t-tkeċċija tiegħu minn mal-AC/DC u minfloku daħal Mark Evans.

Hu għex dawn l-aħħar snin tiegħu fuq pensjoni ta’ diżabilità.