Imut Patrick il-Ħanfusa

Instab mejjet fid-dar tiegħu fir-Rabat, Għawdex

Read in English.

Patrick Grima, magħruf bħala Il-Ħanfusa nstab mejjet fid-dar tiegħu fir-Rabat, Għawdex aktar kmieni dalgħodu. Patrick il-Ħanfusa kellu 62 sena.

Il-Pulizija kkonfermat li nstab raġel mejjet f’dar fi Triq Mons Luigi Vella għall-ħabta tal-10am.

Il-karattru ta’ Patrick il-Ħanfusa huwa popolari ferm f’Għawdex. Huwa kien ikkontesta l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tal-1994 bħala l-mexxej tal-Partit tal-Hard Rock u kien ġie elett mal-ewwel għadd.

Patrick il-Ħanfusa huwa wkoll wieħed mill-personaġġi Għawdxin li sabu posthom fi presepju Għawdxi li qed jiġi esebit ta’ kull sena fi Pjazza San Ġorġ.

Filmat: Il-Ħanfusa, l-iSparrow u x-Xifu fi presepju Għawdxi