Imut Paolo Villaggio, jibqa’ ħaj f’Fantozzi

Miet l-attur Taljan, Paolo Villaggio, li ħadem il-parti ta’ Ugo Fantozzi fl-età ta’ 84 sena.
Għal diversi ġranet huwa kien fl-isptar Gemelli, f’Ruma.
Kienet bintu li tat din l-aħbar kerha lid-dinja permezz ta’ Facebook.
Hija tellgħet ritratt tagħha meta kienet żgħira flimkien ma’ missierha u kitbet li issa jinsab liberu biex jerġa’ jtir.