L-eks plejer tal-futbol Taljan Paolo Rossi, li mexxa lit-tim nazzjonali għar-rebħa fit-Tazza tad-Dinja tal-1982, miet fl-etá ta’ 64 sena. L-aħbar ingħatat mill-familja tiegħu.
Martu Federica Cappelletti poġġiet fuq Instagram ritratt tagħhom flimkien mal-kliem “Per sempre” (“għal dejjem”).
Hija ma żvelatx il-kawża tal-mewt tiegħu. Il-midja Taljana qed tirraporta li kellu marda twila.
Rossi kien l-aqwa skorer u l-aqwa plejer tal-kampjonat tal-1982 fi Spanja.
Il-hat-trick memorabbli tiegħu elimina l-favoriti lill-Brażil f’logħba li bosta partitarji jaraw bħala waħda mill-akbar fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja.
Rossi kważi tilef il-kompetizzjoni wara li ġie pprojbit mill-futbol għal sentejn għall-involviment tiegħu fi skandlu ta’ arranġament tal-logħbiet.
Fuq livell ta’ klabb, l-attakkant kien ukoll skorer prolifiku għal Vincenza. Huwa lagħab ukoll għal numru ta’ klabbs oħra inkluż il-Juventus u l-Milan. Fl-2004 ġie msemmi mill-leġġenda Brażiljana Peleè bħala wieħed mill-aqwa 125 plejer tal-futbol.
Wara li rtira mill-futbol fl-aħħar tas-Snin Tmenin, Rossi ħadem fuq programmi sportivi għal Sky, Mediaset u RAI.