Imut Neil Peart tal-grupp Rush

Ftit sigħat ilu tħabbar li Neil Peart, id-drummer tal-grupp Rush miet nhar it-Tlieta 7 ta’ Jannar. Hu kien meqjus minn ħafna bħala l-aqwa drummer ta’ kull żmien tal-mużika rock. Hu kellu 67 sena.

Għal bosta snin hu kien qed jiġġieled kanċer li kellu f’moħħu u fl-2015 hu rtira kompletament minn Rush u minn xogħol ieħor bħala drummer.

Peart kien ukoll jikteb il-lirika tal-grupp Rush, kif ukoll kien l-awtur ta’ seba’ kotba.

Hu kien twieled fil-Kanada u qatta’ bosta snin fl-Istati Uniti, fejn fl-aħħar snin kiseb ukoll iċ-ċittadinanza Amerikana. Huwa miet f’Santa Monica, f’Kalifornja.