Imut mudell wara li waqa’ fuq il-catwalk

Mudell ta’ 26 sena miet wara li waqa’ fuq il-catwalk waqt il-ġimgħa ddedikata għall-moda f’Sao Paulo fil-Brażil.

Tales Soares kien qed jesebixxi l-ħwejjeġ tad-ditta Ocksa.

 

 

 

 

 

 

 

 

Filmat li qed idur fuq il-mezzi soċjali juri lil Soares jimxi sat-tarf tal-catwalk u jdur. Kien dak il-ħin li waqa’.  Il-kawża tal-mewt ma ġietx identifikata. Huwa ttieħed l-isptar imma ma salvax.

Fil-bidu l-udjenza ħasbet li din “il-waqgħa” kienet parti mill-ispettaklu. Il-mudelli l-oħra twerwru u kellhom ħarsa ta’ dieqa hekk kif membri tal-protezzjoni ċivili marru jagħtuh l-ewwel għajnuna.

Ftit sigħat qabel, Soares kien tella’ ritratti fuq Instagram tiegħu, jippromwovi l-avveniment tal-moda.