Imut Mons. Girgor Grech f’jum il-Milied

Raymond Grech

Read in English.

Ilbieraħ, propju f’jum il-Milied, miet Mons. Girgor Grech. Dan tħabbar mid-Djoċesi ta’ Għawdex.

Fuq Facebook, id-Djoċesi spjegat li l-Mons. Grech, mill-Parroċċa tal-Madonna tas-Sokkors u San Girgor il-Kbir, f’Ta’ Kerċem, miet fl-età ta’ 76 sena. Hu kien membru tal-Kapitlu Katidrali, fejn għal bosta snin kien Ċerimonier tal-Isqof Nikol Ġ. Cauchi.

Hu kien wasal sabiex is-sena d-dieħla jagħlaq 50 sena saċerdot.

Ilbieraħ, jum il-Milied, filgħaxija, fl-età ta’ 76 sena, għadda għal ħajja aħjar Mons. Girgor Grech, mill-Parroċċa…

Posted by Diocese of Gozo on Wednesday, December 25, 2019