Imut missier Rachel ta’ Friends

ROn Liebman f'xena ma' Jennifer ANiston fi Friends

L-attur Ron Liebman li rajnih f’xi puntati tas-sitkom Friends bħala Leonard Green, missier Rachel, miet fl-età ta’ 82 sena.

Hu miet fi New York City kaġun ta’ kumplikazzjonijiet ta’ pnewmonja.

Ron Liebman kif kien jidher fl-aħħar żminijiet ta’ ħajtu

Minbarra s-sehem tiegħu fis-sensiela Friends, Liebman ħa sehem ukoll f’għadd ta’ sensiliet bħal The Sopranos, Law and Order u Law and Order: Special Victims Unit u Kaz.

Kien ħa sehem ukoll f’diversi films fosthom Norma Rae tal-1979 flimkien ma’ Sally Field.

L-attur kien miżżewweġ darbtejn, bejn l-1969 u l-1981 mal-attriċi Linda Lavin u mill-1983 sa mewtu mal-attriċi Jessica Walter.