Imut missier is-Sindku Buttigieg li se jikkontesta l-Presidenza tal-Istati Uniti

Missier is-Sindku Amerikan ta’ nisel Malti miet ilbieraħ wara nofsinhar skont il-midja tal-pajjiż.

Joseph Buttigieg kien professur f’Notre Dame u missier is-Sindku ta’ South Bend f’Indiana Peter Buttigieg li huwa ta’ nisel Malti. Is-Sindku ħabbar dan hu stess f’post fuq Facebook.

Joseph Buttigig kien ilu marid għal xi żmien, u skont ibnu rċieva s-sapport ta’ ħafna. Sostna li bħala ħabib, kollega, u edukatur ħalla marka pożittiva fuq ħajjet bosta persuni.

Fl-aħħar jiem, il-Prim Ministru Joseph Muscat kien awgura lis-Sindku Buttigieg hekk kif dan ħabbar l-intenzjoni tiegħu għall-Presidenza Amerikana 2020. Il-midja Amerikana qed ixxandar din l-aħbar bi prominenza hekk kif qed tgħid li Buttigieg jaf ikun l-ewwel President gay tal-Istati Uniti.

Il-PM jawgura lil Peter Buttigieg għall-Presidenza Amerikana