Imut Martin Attard; kien jilgħab mal-Ħamrun

Martin Attard

Aktar kmieni mal-ġurnata tħabbret il-mewt ta’ Martin Attard li fis-Snin 60 u 70 kien jilgħab mal-Ħamrun. Dan apparti li kien jilgġab mat-tim Nazzjonali.

Martin kien wieħed mill-aħwa Attard li lkoll lagħbu mat-tim tal-Ħamrun. Ħutu kienu Pawlu, Sunny, Patistu, Cristinu, Ninu u Joseph.

Imwieled fir-Rabat nhar it-28 ta’ Awwissu tal-1938 u beda jilgħab mal-Qormi Youngsters. Wara kien mal-Marsa FC u mbagħad mal-Ħamrun.

Huwa miet fl-età ta’ 82 sena.