Imut Mario Debattista li ddedika 20 sena minn ħajtu għall-isport

Telfa għall-futbol Malti, speċjalment fis-settur taż-żgħażagħ, hekk kif ilbieraħ miet Mario Debattista, amministratur fin-nursery tal-Luxol St Andrew’s FC.
Fl-aħħar 20 sena, Mario ħadem f’diversi nurseries fosthom dik ta’ Ħamrun Spartans FC u fi ħdan il-Kunsill tal-Youth FA.
Kien wieħed minn dawk il-persuni eletti b’mod regolari fil-Kunsill tal-Youth FA f’isem in-nurseries.
Mario Debattista kien meqjus minn ħafna bħala raġel sinċier u ta’ prinċipju, ġentlom, li dejjem wettaq id-dmirijiet tiegħu b’lealtà kbira.
Kemm l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol (MFA) kif ukoll il-Youth FA esprimew is-sogħba għall-mewt tiegħu.
L-aħħar tislima lil Mario se tingħata għada t-Tlieta fis-2.30pm fil-Knisja Parrokkjali ta' San Gejtanu, il-Ħamrun.