Imut Little Richard, pijunier tar-Rock ’n’Roll

Il-pijunier tal-Rock ’n’ Roll Little Richard miet illum is-Sibt filgħodu fid-dar tiegħu f’Nashville fl-età ta’ 87 sena. Mewtu tħabbret minn ibnu Danny Penniman. Il-kawża ta’ mewtu għadha mhix magħrufa.

Meqjus bħala missier fundatur tar-Rock ’n‘ Roll, Little Richard, imwieled Richard Wayne Penniman fl-1932,  iffirma l-ewwel kuntratt għall-kanzunetti tiegħu mal-RCA fl-1951. Mill-ewwel kiseb suċċess b’Tutti Frutti, Long Tall Sally, Rip It Up, Lucille u Good Golly Miss Molly.

Little Richard, magħruf għall-istil eċċentriku tiegħu, għall-vuċi influwenzata mill-Gospels u u melodiji tal-pjanu mhux tas-soltu, huwa kien wieħed mill-10 kantant oriġinali li daħlu fil-Rock and Roll Hall of Fame fl-1986 u rċieva Lifetime Achievement Award fil-Grammys fl-1993.