Imut Lino Cefai, direttur tar-ristorant Ta’ Frenċ

Lino Cefai

Read in English.

Tħabbret il-mewt ta’ Lino Cefai, direttur ta’ Gozo Village Holidays. Huwa wkoll kien wieħed miż-żewġ persuni wara r-ristorant Ta’ Frenċ. Il-persuna l-oħra, Lino Attard ħalliena f’Awwissu tal-2014.

Gozo Village Holidays kienu pijunieri fir-rinnovazzjoni ta’ djar antiki u bil-viżjoni ta’ Lino Crefai ġie sfruttat dan il-qasam biex jattiraw turisti biex imorru fihom. Kienet din il-viżjoni li llum wasslet biex dan is-settur turistiku sploda fil-qasam ekonomiku.

The Gozo Tourism Association on behalf of the Gozitan touristic sector extends its condolences to the daughter and…

Posted by Island of Gozo on Tuesday, January 12, 2021

Il-funeral se jsir nhar is-Sibt 16 ta’ Jannar fil-Bażilika ta’ San Ġorġ fir-Rabat, Għawdex.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn