Imut Lewis, il-koala li salvaw min-nirien fl-Awstralja

Ritratt: Twitter

Il-koala li kien salvat minnn Toni Doherty, li waqt li kienet qed issuq ratu qalb in-nirien fl-Awstralja u marret issalvah, issa miet. Il-mara kienet semmietu Lewis wara wieħed mis-seba’ neputijiet tagħha.

Ritratt: Twitter

Doherty kienet geżwritu fil-qmis tagħha u xarrbitu bl-ila biex issalvah iżda minkejja li kien qed jiġi kkurat u  jingħata mediċina biex jittaffa’ l-uġigħ, it-tobba fl-isptar fejn ittieħed sabu li ma setgħu jagħmlulu xejn aktar.

Il-Ħamis li għadda l-mara li salvatu marret iżżuru. Il-koala, li x’aktarx kellu madwar 14-il sena, kien imgeżwer fil-kutri u kien qiegħed b’maskra tal-ossiġnu. Iżda tant kellu ġrieħi li l-mediċina u l-kura li kien qed jingħata ma kinux biżżejjed u ttieħdet id-deċiżjoni li jraqqduh.

Ritratt: Twitter

Ħafna huma dawk li wrew id-dispjaċir tagħhom għall-mewt ta’ Lewis permezz ta’ bosta messaġġi fuq il-Facebook.

Hu kkalkulat li fin-nirien li kien hemm fl-Awstralja, u li fih kien hemm Lewis, mietu aktar minn 350 koala.