Imut l-ixjeħ raġel tad-dinja wara li waqa’ mis-sodda

Ir-raġel magħruf bħala l-ixjeħ fid-dinja miet fl-età ta’ 121 sena wara li waqa’ mis-sodda u taqqab il-pulmun.
Celino Villanueva Jaramillo, li twieled f’Lulju tal-1896, miet fi sptar fiċ-Ċilì wara li saritlu operazzjoni u nżamm għall-kura intensiva.
Għall-aħħar għoxrin sena kien qed jgħix ma’ omm u bintha li ħadu ħsiebu wara li tilef daru fin-nar.
Għaldaqstant, Jaramillo qatt ma kien rikonoxxut mill-Guinness World Records minħabba li ċ-ċertifikat tat-twelid tiegħu kien inqered f’nar.
Hu erba’ snin akbar mill-persuni li bħalissa hija rikonoxxuta bħala l-ixjeħ fid-dinja, Nabi Tajima li għandha 117-il sena.
L-iktar persuna li qatt għexet snin kienet Jeanne Calment, li kellha 122 sena u 164 ġurnata meta mietet fi Franza fl-1997.