Imut l-ixjeħ raġel fid-dinja

Fil-Ġappun miet dak li kien meqjus l-ixjeħ raġel fid-dinja.
Yasutaro Koide miet wara li ċediet qalbu u minħabba pnewmonja, fl-età ta’ 112-il sena.
Kien twieled fit-13 ta’ Marzu tal-1903 u tqies bħala l-ixjeħ raġel fid-dinja, mill-Guinness World Records, f’Awwissu li għadda.
Dakinhar kien qal li s-sigriet għal ħajja twila hu li ma tpejjipx u ma tixrobx alkoħol, li ma tesaġerax u li tgħix b’mod ferħan.
Għadu mhux ċar min issa se jieħu x-xettru tal-ixjeħ raġel fid-dinja.