Imut l-ixjeħ raġel fid-dinja; kellu 112-il sena

Ritratt: itv.com

Miet Robert Weighton minn Alton, Hampshire, fir-Renju Unit, li fi Frar li għadda iċċelebra għeluq il-112 sena. Hu kien meqjus bħala l-ixjeħ raġel fid-dinja wara li l-Ġappuniż Chitetsu Watanabe li qabel kien meqjus hu bħala l-ixjeħ wieħed, kien miet.

Weighton kien twieled f’Hull, East Yorkshire, nhar id-29 ta’ Marzu 1908 u miet aktar kmieni llum fl-appartament tiegħu. Il-qraba tiegħu qalu li r-raġel miet minħabba f’kumplikazzjonijiet li kellu milnn kanċer.

Ir-raġel kien deskritt bħala raġael straordinarju li kien iqis lil kulħadd bħaal ħutu u kien iħobb jitkellem fuq kull suġġett. Kellu għal qalbu ħafna l-ambjent.