Imut l-iktar raġel oħxon tar-Renju Unit

L-iktar raġel oħxon tar-Renju Unit miet fid-dar tiegħu f’Dover.
Carl Thompson, ta’ 33 sena, kien sar jiżen 412-il kilogramma u minħabba l-piż tiegħu kien ilu mwaħħal f’daru għall-aħħar sena.
It-tobba kienu ilhom jissuġġerulu biex jonqos mill-piż, b’iktar min-nofs, għax wissewh li kien qed jiffaċċja possibiltà ta’ mewta bikrija, kif fil-fatt ġara.
Il-ħaddiema tal-emerġenza li ssejħu fuq il-post, damu sigħat biex setgħu joħorġu lil Thompson mid-dar u fl-aħħar spiċċaw użaw crane u qalgħu gallarija żgħira biex ħarġuh minnha.
Ir-raġel kien spiċċa jiekol mal-10,000 kalorija kuljum, l-iktar minn ikel take-away, u kellu tim ta’ ħaddiema li kienu jaħsluh u jsajrulu għax ma kienx għadu jista’ jiċċaqlaq waħdu.
Fi tliet snin, minn meta mietet ommu fl-2012, Thompson dar għal iktar ikel u l-piż tiegħu spara minn 190 kilo għal 412.