Imut l-Għawdxi li għamel ħajtu jgħin lill-morda

Għawdex tilef “suldat tal-azzar”. Hekk qed isejjħulu lil Ġorġ “ix-Xemx” Mifsud. Mifsud għamel ħajtu jgħin lil persuni morda, speċjalment meta kien jaħdem bħala infermier fl-Isptar Ġeneral t’Għawdex.

Bosta ddeskrivewh bħala raġel ġentili, b’qalb tad-deheb u eżemplari, filwaqt li faħħruh għal kemm kien jad iħobb.

Ġorġ miet fl-età ta’ 81 sena u warajh ħalla lil martu u l-erba uliedu.

Raġel li kien jafu rrakkonta fuq Facebook kif Ġorġ u familtu kienu jibnu l-luzzijiet Għawdxin fil-ħanut li kellhom fi Triq Għajn Qatet.

Hu kien ukoll membru fil-kumitat Għaqda Mużikali Viżitazzjoni. Waqt il-festa tal-Għarb kien dejjem ikun minn ta’ quddiem biex jagħti daqqa t’id lil kulħadd.

https://www.facebook.com/festagharb/photos/pcb.1172514369554637/1172510096221731/?type=3&theater

B' niket inħabbru l-mewt ta' George Mifsud (Ix-Xemx) membru fil-kumitat Ghaqda Muzikali Vizitazzjoni. Il-Kumitat…

Posted by Għaqda Mużikali Viżitazzjoni on Thursday, August 23, 2018