Imut l-ekspresident ta’ Hamrun Spartans Gaetano Cuschieri

Tħabbret il-mewt tas-Sur Gaetano Cuschieri, li ħalla din id-dinja matul il-lejl li għadda.
Is-Sur Cuschieri kien persuna li ta ħafna ħin minn ħajtu għall-isport tal-futbol, b’mod speċjali fis-snin li serva fil-Kumitat ta’ Hamrun Spartans FC, anki fil-kariga ta’ President.
Hu kien ukoll Membru tal-Kunsill f’isem il-klabb tiegħu fl-istaġun 2004/05 u attiv f’diversi Bordijiet tal-MFA.
Is-Sur Cuschieri bħala persuna li kellu prinċipji kbar għal dak li dejjem emmen fih f’ħajtu u li iżda kien dejjem ifittex il-kompromess u l-ftehim fid-deċiżjonijiet li jieħu biex dejjem tirrenja l-għaqda.
Il-funeral ta’ Geatano Cuschieri se jsir it-Tnejn 10 ta’ Marzu 2014, fid-9.00am, fil-Knisja ta’ San Gejtanu, il-Ħamrun.
Newsbook.com.mt jingħaqad mal-MFA u mal-familja Cuschieri f’mument daqstant diffiċli.